Mr. Frank Zarb: Messagg lis-supporters

by Mr. Frank Zarb - President Birkirkara FC - 22nd August 2019

Gheziez supporters,

Ghada naghtu bidu ghal istagun 2019-2020 b'mod ufficjali, bl-ewwel lobgha tal-kampjonat li fih tibda l-hidma biex nilhqu l-objettivi taghna ghal dan l-istagun.

Wara stagun dizappuntanti, kienet responsabilta tieghi u tal-membri kollha tal-kumitat li naghmlu dak kollu possibli biex nibnu skwadra kompettitiva kemm jista' jkun.

L-ewwel bicca xoghol fil-bidu tas-sajf kienet li nikkonfermaw il-membri li ha jassistu lil Coach John Buttigieg. B'sodisfazzjon nghid li kull membru fil-coaching staff taghna kien diga' jifforma parti mil-iskwadra jew mit-technical staff taghna fil-passat.

Nhossni sodisfatt immens bl-akkwisti li saru u nixtieq nirringrazzja lil membri tal-kumitat tas-support kollu taghhom kif ukoll lil membri inkarigati tal-hidma importanti taghhom fl-akkwisti li saru. Kif stajtu tosservaw, din is-sena l-maggoranza tal-ghazla tal-barranin kienet wahda partikolari, ghaliex morna ghal barranin li diga' urew l-potenzjal taghhom gol-kampjonat Malti.

Flimkien mal-barranin ta' kwalita, akkwistajna players Maltin, uhud minnhom zghazagh u ohrajn esperjenzati biex flimkien ma' Maltin li kkonfermajna jew geddew il-kuntratt taghhom, nipprovaw li fl-iskwadra taghna jkollna kull element mehtieg.

Kif tafu tajjeb, fil-futbol mhux kollox ward u zahar. Fl-ahhar jiem ghamiltu kuntatt mieghi dwar it-trasferiment t'Ayrton Attard. Nhoss li huwa dover tieghi li nispjega li jien ghamilt dak kollu possibli biex dan il-prodott tal-Akkademija taghna jibqa' mal-club taghna u qatt ma kienet l-intenzjoni tieghi li jigi trasferit.

Ghalkemm ghamilt dak kollu possibli, kienet id-decizjoni tieghu li jfittex opportunitajiet godda fil-karriera tieghu u minn qalbi nawguralu dak kollu li qed ifittex mal-club gdid tieghu.

Nikkonkludi dan il-messagg biex nirringrazzja lis-supporters kollha tas-support kollu f'dawn l-ahhar xhur. Grazzi min qalbi ghaliex intom tassew tinkorraguni biex nkompli nahdem. Fil-jiem li gejjien ha nkunu qed nippubklikaw id-data tal-ewwel laqgha mas-supporters ghaliex kif weghdtkom nixtieq li din is-sena jkolli kuntatt kontinwu maghkom s-supporters.

Frank Zarb
President
Birkirkara FC

comments powered by Disqus
McDonald's Nike Intersport Mafimex Fort Fitness